Manchester United jinsabu 90 minuta biss l’bogħod milli jkunu fil-finali tal-Carabao Cup meta fl-ewwel leg tas-semifinali barra minn darhom għelbu lil Nottingham Forest 3-0. Bidu mill-aqwa għar-Red Devils hekk kif wara biss sitt minuti kienet azzjoni personali ta’ Marcus Rashford li wara li għadda minn bejn żewġ players ikkonkluda għal wara Wayne Hennessey għal 1-0.
It-tim ta’ Erik ten Hag skorja t-tieni gowl tiegħu lejn tmiem l-ewwel permezz tal-attakkant Olandiż Wout Weghorst li skorja l-ewwel gowl tiegħu ma’ Manchester United wara li ssieħeb magħhom aktar kmieni dan ix-xahar b’self mingħand Burnley. Fit-tieni taqsima Manchester United komplew jiddominaw u għalqu l-partita lejn it-tmiem meta kien Bruno Fernandes li għamel l-iskor 3-0 biex b’hekk il-ġimgħa d-dieħla fit-tieni leg f’Old Trafford jibdew b’vantaġġ komdu.
//= $special ?>