Lokali

Mara tittieħed l-isptar wara inċident f’Santa Luċija

Mara ta’ 53 sena residenti x-Xgħajra kellha tittieħed l-isptar Mater Dei wara li ġarrbet xi ġrieħi f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:00 ta’ waranofsinhar hekk kif għal xi raġuni l-karozza misjuqa mill-mara u vann misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti Marsascala ħabtu fi Triq tal-Barrani fl-inħawi ta’ Santa Luċija.

Il-Pulizija marru fuq il-post filwaqt li ssejjaħ tim mediku sabiex jassisti. Ftit tal-ħin wara, ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa.

Is-sewwieq tal-vann ma ġarrab l-ebda ġrieħi.

Kelliem għall-Pulizija qal li preżentament din iż-żona tinsab magħluqa għat-traffiku u ħeġġew lis-sewwieqa sabiex jużaw rotot alternattivi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.