Lokali

Meta l-Parlament se jibda jiddefendi lill-poplu kontra l-abbuż? – Repubblika

Nistennew li l-Parlament jibda jiddefendi liċ-ċittadin minflok li jipproteġi lill-bullies arroganti.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Għaqda Repubblika.

Repubblika tistenna li l-Parlament jieħu passi immedjati dwar ir-rapport li sarlu mill-Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-abbuż mill-Planning Authority u minn min qed jibni kiosk fuq il-promenade ta’ San Ġiljan tliet darbiet aktar milli suppost.

Ma jistax ikun li l-Parlament jibqa’ jippromwovi l-impunità kbira li pajjiżna qed jegħreq fiha.  Il-vjolenza li qed naraw madwarna hija marbuta mal-kultura fejn min jiflaħ, tgħaddi tiegħu.

Huwa inutli l-Prim Minstru joqgħod igħid li l-Belt Valletta mhix safe għal bintu.  Il-Prim Ministru għandu l-obbligu li jara li Malta hija post sigur għal min jobdi l-liġi u mhux ġenna għal min hu bully.