Lokali Qorti

“Minħabba d-dewmien fil-qrati, mhux issir ġustizzja” – The Malta Observatory on Femicide

Il-grupp The Malta Observatory on Femicide permezz ta’ stqarrija qal li jinsab imħasseb bl-aħħar każ ta’ Sion Grech u s-sentenza li nħarġet fl-aħħar jiem. Intqal li l-grupp qed juri l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-familja ta’ Sion u lill-komunità LGBTIQ wara li fl-20 ta’ Jannar, ġurija ta’ disa’ persuni ħelset lil Ismael Habesh u lil Faical Mohouachi mill-qtil ta’ Grech.

Fl-istqarrija intqal li jinsabu mħassba fost l-oħrajn;

  • Dwar it-tul ta’ żmien li dam dan il-każ biex wasal quddiem il-ġurija;
  • In-nuqqas ta’ preservazzjoni xierqa u inammissibbiltà ta’ evidenza minħabba li ma tinżammx b’mod adegwat fil-liġi u kif ukoll;
  • In-nuqqas ta’ sensittività lejn il-vittma u x-xhieda, minkejja li l-Konvenzjoni ta’ Istanbul tiddikjara b’mod ċar li l-passat tal-vittma m’għandux jintuża biex iħammeġ ir-reputazzjoni u l-kredibbiltà tal-vittma.

Il-grupp talab lill-qrati biex jiżguraw taħriġ kontinwu kontinwu lill-membri tal-ġudikatura fir-rigward tad-dmir tagħhom.