Lokali

Żewġ żgħażagħ akkużati bl-aggressjoni fil-Belt; deċiżjoni dwar libertà proviżorja se tingħata llejla

Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, tressqu l-Qorti ż-żewġ żgħażagħ li ġew arrestati lbieraħ b’rabta mal-każ serju li seħħ fil-Belt fi tmiem il-ġimgħa, fejn numru ta’ adoloxxenti ġew aggrediti. Jidher li l-akkużati għandhom 16-il sena.

F’din il-ġlieda, żagħżugħ ta’ 15-il sena spiċċa jsofri minn ksur f’riġlejh. Il-każ seħħ is-Sibt għall-ħabta tal-10pm tas-Sibt fi Triq Merkanti fil-Belt Valletta.

Apparti iż-żewġ żagħżagħ li se jitressqu l-Qorti illum, Net News jinsab infurmat li hemm ukoll it-tielet persuna involuta – u li ġie identifikat mill-Pulizija bħala żagħżugħ ta’ 14-il sena.

Dan il-każ tant qajjem diskussjoni fil-pajjiż, li saħansitra anke l-Prim Ministru Robert Abela spiċċa jgħid li hu ma jafdax lil bintu weħidha fil-Belt.

14:56: Il-Qorti qalet li d-deċizzjoni dwar il-ħelsien mill-arrest se tingħata aktar tard, filwaqt li wissiet lill-imputati sabiex ma jkellmux jew jagħmlu kuntatt mal-allegati vittmi bl-ebda mod sakemm tingħata d-deċizzjoni mill-Qorti.

14:49: Minn naħa tagħha, id-difiża rrimarkat li f’dan l-istat, iż-żewġ minuri ta’ 16-il sena m’għandhomx jintbagħtu l-ħabs iżda għandu jsir sessjoni ta’ medjazzjoni bejn iż-żewġ partijiet, dejjem skont jekk l-allegat vittma jaqbel ma’ dan.

14:42: Fis-sottomissjoni tagħha, il-prosekuzzjoni qalet li dan il-każ għadu ħafna l-bogħod milli jingħalaq. Dan għaliex, wieħed mill-allegati vittmi li jinsab preżentament l-Isptar, ġie operat fl-aħħar ħin u se jerġa’ jiġi operat fiż-żmien li ġej. Kawża ta’ dan, se jitlef sitt gimgħat skola u ta’ dan, il-prosekuzzjoni qalet li trid isir ġustizzja. Il-prosekuzzjoni qalet ukoll li l-akkuzati m’għandhomx jingħataw il-helsien mill-arrest għaliex ma kkoperawx mall-pulizija fil-ħin tal-arrest.

14:39: Minn naħa taghha, il-prosekuzzjoni oggezzjonat ghall-helsien mill-arrest tal-impuatati. Fis-sottomissjoni taghha, il-prosekuzzjoni qalet li l-akkuzati m’ghandhomx jinghataw il-helsien mill-arrest minhabba intralc tal-provi u minhabba li l-hames minuri li gew attakkati fil-Belt jinsabu terrorizati mill-allegati aggressuri.

14:33: Fis-sottomissjoni tagħha, id-difiża insistiet li minħabba l-etá tal-imputati peress li dawn għadhom minuri, l-akkuzati għandhom jinghataw il-libertá provisorja. Id-difiza irrimarkat ukoll li l-fedina penali tal-akkużati hija nadifa u hija raġuni ohra għalfejn dawn għandhom jingħataw il-ħelsien mill-arrest.

14:25: Wara li l-prosekuzzjoni u d-difiza għamlu s-sottomissjonijiet tagħhom, l-avukati tad-difiza talbu ghall-helsien mill-arrest ghaz-zewg imputati.

14:19: Wara li semgħat is-sottomissjonijiet dwar il-validità tal-arrest, il-Qorti ddeċidiet li l-arrest ta’ wieħed mill-akkużati kien wieħed validu, u għalhekk ordnat sabiex il-prosekuzzjoni u d-difiza jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom.

14:16: Taħt ġurament, lis-spettur Darryl Borg spjega li waqt il-ħin tal-arrest, meta l-pulizija marru fir-residenża ta’ wieħed mill-akkuzati li joqgħod il-Furjana, il-ġenituri taż-żagħżugħ infurmawhom li ż-żagħżugħ kien jinsab barra. Aktar tard, iż-żagħżugħ mar l-għassa tal-Belt Valletta kif kien mitlub mill-pulizija. Iż-żagħżugħ l-ieħor li huwa milll-Belt Valletta u li allegatament qed jiġi akkużat b’aggressjoni, irrifjuta li jmur l-għassa meta l-pulizija marru fir-residenża tiegħu fil-ħin tal-arrest.

14:14: Il-Qorti talbet lis-Spettur Borg sabiex jagħti x-xhieda tiegħu taħt ġurament.

14:05: F’battibeki bejn l-prosekuzzjoni u d-difiża, l-avukat difensur Franco Debono qal li l-arrest ta’ wieħed mill-akkużati ma sarx kif suppost, u dan skont l-artikolu 355AC (2) tal-Kodiċi Kriminali.

13:59: L-Spettur tal-Pulizija Darryl Borg qal li nhar is-Sibt li għadda, il-pulizija li kienu fl-għassa tal-pulizija tal-Belt Valletta ġew infurmati li grupp ta’ żgħażagħ ġew agrediti fil-Belt Valletta. Huwa kompla billi qal li meta l-pulizija marru fuq il-post, irrizulta li kien hemm diversi żgħażagħ ferruti. Ingħad ukoll li wieħed minnhom ma setgħax iqum mill-art ghax kellu saqajh miksura minn żewgt ibnadi. L-spettur Darryl Borg kompla billi qal li l-puliżija analizzaw il-filmati tas-CCTV u rriżulta li tnejn mill-grupp ta’ żgħażagħ huma l-akkuzati li jinsabu preżenti fil-Qorti.

13:54: Il-Qorti staqsiet lid-difiża dwar il-validitá tal-arrest. Minn naħa tagħha, id-difiza talbet li tisma x’wassal għall-arrest kif ukoll li jigi esebit il-mandat tal-arrest.

13:50: Il-Qorti tgħid li ġaladarba l-akkuzati kif ukoll il-vittmi huma kollha minuri invista anke ta’ dak li jipprovdi l-Kapitolu 287 tal-ligijiet ta’ Malta, il-Qorti ordnat divjett fuq l-ismijiet kemm tal-minuri akkużati kif ukoll tal-minuri allegati vittmi, u dan minn kwalunkwe pubblikazzjoni fuq il-medja.

13:40: Il-Kawża ġiet pposposta għall-għaxar minuti u se tkompli issa.

13:20: Il-Qorti ordnat sabiex il-kawża tigi pposposta minħabba li l-akkuzi ma ġewx irreġistrati mill-pulizija fir-reġistru tal-Qorti.

13:19: Ninsabu f’awla 9. Preżenti fl-awla hawn iż-żewġ akkuzati li ġew arrestati lbieraħ b’rabta mal-każ serju li seħħ fil-Belt fi tmiem il-ġimgħa. Preżenti wkoll hawn il-qraba tagħhom u il-qraba tal-vittmi li allegatament sfaw aggrediti minn grupp ta’ adoloxxenti fil-Belt.

12:50: Il-waranofsinhar it-tajjeb u nsellmulkom għal dan il-Live Blog ta’ Netnews.com.mt

Għall-akkużi qegħdin jidhru l-avukati Franco Debono, Francesca Zarb, Arthur Azzopardi u Jacobb Magri, filwaqt li għall-vittmi qegħdin jidhru l-avukati Gianella de Marco u Charles Mercieca. L-avukat Stefano Filletti deher għal parte civile.