Futbol Sport

Serie A: Milan umiljati fl-Olimpico

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Olimpico : Lazio 4-0 Milan

F’partita li ddominaw mill-ewwel minuti, Lazio ftit batew biex kisbu l-ħdax ir-rebħa fil-Kampjonat u fl-istess waqt telgħu fit-tielet post flimkien ma’ Inter u Roma b’37 punt, wieħed inqas mill-istess Milan.

Wara biss erba’ minuti Lazio marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Mattia Zaccagni kien Sergej Milinkovic Savic li għeleb lil Ciprian Tatarusanu. Minkejja li Milan wettqu reazzjoni , fit-38 minuta Lazio rduppjaw. Gowl minn Mattia Zaccangni li għeleb lil Tatarusanu li aktar qabel kien salva t-tentattiv ta’ Adam Marusic. 2-0 fi tmiem l-ewwel taqsima.

L-andament fit-tieni taqsima baqa’ l-istess b’ebda reazzjoni minn Milan li fis-67 minuta sofrew it-tielet gowl. Foul ta’ Pierre Kalulu fuq Pedro Rodriguez. Marco di Bello saffar penalty. Taħ Luis Alberto li ma falliex għal 3-0 . Fil-75 minuta Lazio komplew ikabbru l-iskor permezz ta’ Felipe Anderson minn pass ta’ Luis Alberto. 4-0 riżultat li biħ intemmet il-partita.