Sport Sport Ieħor

Table Tennis: Dominju assolut minn HITT Academy Tibhar kontra Academy Kyte Consultants

Rebħa ta’ 6-0 kontra Academy Kyte Consultants tkompli tikkonferma l-konsistenza u l-qawwa ta’ HITT Acandemy Tibhar fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tat-Table Tennis lokali.

F’logħba oħra, li iżda din id-darba kienet waħda bbilanċjata u missielta, MITTC Butterfly għelbu lil Alpha Gewo 4-3 filwaqt li Top Spin Academy Roxon kienu aħjar minn Academy Valletta tant li rebħu 4-2.

Rebħa komda wkoll għal Top Spin Academy li għelbu lil Academy Home Trend 5-1.

Fit-tieni diviżjoni, Alpha Calleja kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva wara li għelbu lil Top Spin Academy Supercores 4-2.

Academy Hexer kienu ferm tajbin kontra Alpha Sensus tant li rebħu 6-0. L-istess skor ta’ 4-2 ġie reġistrat minn MITTC Angela Bajada u Academy FXP li rebħu lil Academy ITX u Academy Legends rispettivament.

Finalment Butterfly Rozena għelbu lil PBC Table Tennis Bluefire 4-3.

Il-Ġimgħa li għaddiet kellna wkoll logħob mill-kampjonat tar-raba’ diviżjoni fejn fi grupp A, Academy Skelton u Special Olympics kisbu skors identiċi ta’ 4-2 kontra Academy Beta u Academy Knights rispettivament.

Mill-istess grupp, Academy Beta għelbu lil Academy 5Q 5-1.

Fi grupp B, Tenergy, Alpha Codexx u Academy Sports Experience kollha rebħu bi skor kbir ta’ 6-0 kontra Academy Kanter, Academy Omagaed u Academy Masters.