Id-disa’ darbiet champion Novak Djokovic għamilha għas-semi finali tal-Open tal-Awstralja wara li għeleb faċilment lil Andrey Rublev 6-1, 6-2, 6-4 f’Melbourne.
Djokovic, seed numru erbgħa, issa jilgħab kontra l-Amerikan Tommy Paul fis-semi finali ta’ nhar il-Ġimgħa.
Paul wasal sas-semifinali ta’ kompetizzjoni maġġuri għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu wara li għeleb liż-żgħażugħ ta’ 20 sena Ben Shelton 7-6 (8-6) 6-3 5-7 6-4 fir-Rod Laver Arena.
Fis-semi finali l-oħra, il-Grieg seed numru tlieta Stafanos Tsitsipas jiltaqa’ kontra r-Russu Karen Khachonov.
//= $special ?>