Sport Sport Ieħor

Tiġrijiet taż-Żwiemel: Jingħata bidu għall-istaġun 2023

Bejn nhar is-Sibt u l-Ħadd li għadda fil-korsa tal-Marsa ngħata l-bidu għall-istaġun 2023 bl-ewwel żewġ laqgħat tas-sena. B’kollox saru tmintax -il tiġrija tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m u li minnhom spikkaw l-aktar tlieta tal-klassi Premier. Dawn intrebħu mid-debuttant Norveġiż Gianluca B.R, Aros Line u Baron De Majuag.  Jesmar Gafa’ rnexxilu jirbaħ erba’ tiġrijiet fuq jumejn.

Fl-ewwel waħda Premier li saret is-Sibt, Jesmar Gafa’ poġġa lil ġdid Norveġiż Gianluca B.R. quddiem sa mill-bidu nett. Dan żamm l-ewwel post sal-linja finali biex temm rebbieħ b’tul minn Eagle B Butcher (Cliferty Calleja) u Verso De Crennes (Rodney Gatt). Doudou De Bouere (Charles Camilleri) temm fir-raba’ post.

Il-laqgħa tal-Ħadd inkludiet żewġ tiġrijiet tal-aqwa klassi. Fl-ewwel waħda, attakk mibdi 300 mit-tmiem u fuq in-naħħa ta’ barra wassal lil Aros Line (Marvic Bugeja) biex jaqsam il-linja finali faċilment b’tul u nofs mid-debuttant Żvediż Tzatziki (Julian Farrugia). U Cupidon Du Corbon (Rodney Gatt). Baladin Du Reynard (Charles Degiorgio) daħal warajhom f’dik l-ordni. 

Il-popolari Antoine Du Bourg (Redent Magro) li kien għal ħafna metri quddiem matul it-tielet tiġrija tal-aqwa klassi, ċeda kollox f’nofs id-dritta finali. Dan meta nqabeż minn Baron De Majuag (Gianluca Grech) li rnexxilu jtemm rebbieħ bla tbatija u b’distakk ta’ għaxar tulijiet minn Daytona (Clint Vassallo) u Viking’s Topline (Eugenio Bondin). Antoine Du Bourg kellu jikkuntenta bir-raba’ post.

Ir-riżultati kollha

Is-Sibt

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Frisquette Snob (R. Schembri) Ħin – NTR 2. Friend (N. Azzopardi) 3. Ideal Pierji (J. Gafa’) 4. Gringo Marancourt (K. Axisa)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Double Sans Faute (M. Desira) Ħin – 2.51.3” (1.20”) 2. Fox Trot Du Stade (R. Magro) 3. Fakir De Mone (D. Cortis) 4. Goldwyn Du Bocage (R. Mallia)

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Edoline Dairpet (D. Azzopardi) Ħin – 2.43.7” (1.16.5”) 2. Cadol De La Noemie (K. Saliba) 3. Dauphin Hibe (C. Camilleri) 4. Coyote Du Relais (M. Farrugia)

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Hegoa Smart (J. Gafa’) Ħin – 2.44.7” (1.17”) 2. Harry De L’Ormerie (C. Vassallo) 3. Iglesias Boshoeve (R. Gatt) 4. Edisto Prior (M. Ellul) 

V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Faon De La Vitard (J. Gafa’) Ħin – 2.44.9” (1.17.1”) 2. Giotta Buissonay (C. Camilleri) 3. Verdi Des Charmes (J. Spiteri) 4. Coutinho (R. Scicluna)

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Kasper Trot (R. Gatt) Ħin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. Chene De Landisacq (C. Vassallo) 3. Dandy De Betton (D. Hili) 4. Drop Viervil (V. Ghigo)

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Gianluca B.R. (J. Gafa’) Ħin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Eagle B Butcher (C. Calleja) 3. Verso De Crennes (R. Gatt) 4. Doudou De Bouere (C. Camilleri)

VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Caprice De Cosse (C. Vassallo) Ħin – NTR 2. Zio Tom Jet (C. Camilleri) 3. Diego Du Coudou (R. Gatt) 4. Prinsen One (M. Farrugia)

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Bailiff (N. Barbara) Ħin – 2.41” (1.15.2”) 2. Diamant Du Ruel (J. Gafa’) 3. Evita d’Estree (A. Farrugia) 4. Star’s Fghter (L. Ghigo) 

Il-Ħadd

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Herington Williams (R. Magro) Ħin – 2.47.3” (1.18.2”) 2. Heroine Flandiere (J. Carabott) 3. Gamine d’Hawai (R. Gatt) 4. Halina Jibay (C. Vassallo) 

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Galys Du Patural (Ch. Degiorgio) Ħin – 2.49.8” (1.19.3”) 2. Elvis Des Pignes (A. Cassar) 3. Cupidon De Bassard (C. Calleja) 4. Hurricane Du Temps (D. Baldacchino)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Mystic Accident (D. Cortis) Ħin – 2.50” (1.19.5”) 2. Crack De Bas (Cherise Farrugia) 3. Diadora (C. Vassallo) 4. Dunty Des Landes (S. Schembri)

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Calin d’Havaroche (A. Farrugia) Ħin – 2.49.9” (1.19.4”) 2. First Love M.L. (R. Gatt) 3. Hunter Montana (T. Demanuele) 4. Visone Jet (C. Vassallo)

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Caid Sly (L. Ghigo) Ħin – 2.47.6” (1.18.3”) 2. En Toi J’Espere (Cherise Farrugia) 3. Qvanting Indika (A. Cassar) 4. Appreciated (Ch. Magro)

VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Aros Line (M. Bugeja) Ħin – 2.46” (1.17.6”) 2. Tzatziki (J. Farrugia) 3. Cupidon Du Corbon (R. Gatt) 4. Baladin Du Reynard (Ch. Degiorgio)  

VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Jadore Sugar (D. Cortis) Ħin – 2.50” (1.19.5”) 2. M.T. Nosler (A. Pace) 3. Waikiki Man (M. Falzon) 4. Graal (N. Azzopardi)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Baron Da Majuag (G. Grech) Ħin – 2.44.5” (1.16.9”) 2. Daytona (C. Vassallo) 3. Viking’s Topline (E. Bondin) 4. Antoine Du Bourg (R. Magro)

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Typhoeus Face (J. Gafa’) Ħin – 2.49.3” (1.19.1”) 2. Echo Du Palais (R. Magro) 3. Diamant Nonantais (D. Casha) 4. Global Rebel (C. Camilleri)