L-Erbgħa filgħaxija ġiet imnedija petizzjoni favur il-kantant Malti Aidan Cassar sabiex jirritorna mal-grupp tal-kantanti li jinsabu fil-kwarti finali fil-konkors tal-Malta Eurovision Song Contest, u sa issa, inġabru ‘l fuq minn 1,030 firma.
Il-kantant ta’ 23 sena, kien għamilha għall-fażi tal-kwartifinali bil-kanzunetta Reġina, li taqa’ taħt il-generu ta’ Dark Reggaeton … u kien ukoll fost il-favoriti li jirbaħ il-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena. Iżda it-Tnejn li għadda, it-tim tal-produzzjoni tal-Malta Eurovision Song Contest ħabbar li Aidan Cassar ġie skwalifikat milli jkompli jipparteċipa fil-Malta Eurovision. Dan wara ksur tar-Regolamenti tal-Festival minħabba li tella’ kontenut online li ma kienx approvat.
B’reazzjoni għal din l-aħbar, kienu bosta dawk li kummentaw fuq il-midja soċjali u qalu li issa lanqas biss se jindenjaw ruħhom jaraw il-festival ta’ Malta.
//= $special ?>