Futbol Sport

UEFA Nations League: Jittellgħu il-poloz tas-semifinali

(Ritratt: EPA)

F’Nyon aktar kmieni ttellgħu il-poloz tas-semi finali tal-UEFA Nations League li se jkunu qed jintlagħabu fl-14 u l-15 ta’ Ġunju fl-Olanda.

Fl-ewwel semifinali fl-14 ta’ Ġunju, il-pajjiż ospitant l-Olanda se jkun qed jilgħab kontra l-Kroazja f’Rotterdam.

Fit-tieni semifinali, Spanja jaffrontaw lill-Italja ta’ Mancini f’Enschede, bl-Ispanjoli issa mmexxija mill-kowċ ġdid tagħhom Luis de la Fuente.

Fit-18 ta’ Ġunju mbagħad tintlagħab logħba bejn it-telliefa ta’ dawn iż-żewġ semifinali.

Il-finali tintlagħab ukoll fit-18 ta’ Ġunju f’Rotterdam.