Lokali

AĠĠORNATA: Tittardja titjira tal-Air Malta minn Ruma

It-titjira KM613 telqet minn Ruma fit-14:40 u mistennija tasal fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fl-16:10.

Aktar kmieni:

L-Air Malta tixtieq tavża li t-titjira KM612 li topera minn Malta għal Ruma, illum il-Ħamis 26 ta’ Jannar 2023, esperjenzat bird strike waqt l-inżul tagħha fl-ajruport ta’ Ruma.

L-ajruplan sussegwentement għaddej minn prekawzjoni teknika u kontrolli ta’ sigurtà qabel l-operat tat-titjira tar-ritorn KM613 minn Ruma lejn Malta li kienet skedata li titlaq mill-ajruport ta’ Ruma fl-10:10 ta’ dalgħodu.

L-Air Malta tixtieq tinforma lill-klijenti tagħha li mistenni jkun hemm dewmien  filwaqt li l-linja tal-ajru qed tagħmel l-almu tagħha biex topera t-titjira mill-aktar fis possibbli.