Lokali

Aidan Cassar jieħu passi legali kontra l-PBS wara li ġie skwalifikat mill-Malta Eurovision Song Contest

Il-kantant Aidan Cassar talab formalment lill-PBS sabiex imorru lura mid-deċiżjoni li jiskwalifikawh mill-edizzjoni tal-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.

Dan hekk kif ir-rappreżentanti legali tal-kantant infurmaw lix-Xandir Nazzjonali permezz ta’ ittra sabiex jissospendu din id-deċiżjoni u hedduhom li fi ħsiebhom jieħdu passi legali jekk jirrifjutaw li jwettqu dan.

Fl-aħħar ġimgħat Cassar kien fost il-favoriti għal l-edizzjoni ta’ din is-sena madanakollu ftit tal-jiem ilu kien skwalifikat mill-kompetizzjoni wara li l-PBS spjegaw li ppubblika materjal fuq il-midja soċjali li mhux awtorizzati.

Filwaqt li r-regolamenti tal-kompetizzjoni jgħidu li kompetitur ma jistax jippubblika materjal li għandu x’jaqsam mal-kanzunetta mill-kwarti tal-finali ‘l quddiem – il-PBS spjegaw li wissew lil Aidan Cassar kemm-il darba.

Aidan Cassar huwa rappreżentat mill-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Charles Mercieca.