Sport Sport Ieħor

Darts: Ikompli l-kampjonat 5-a-side tal-MDA

Mit-tieni ġurnata tal-kampjonat 5-a side, fi Grupp A, Ħamrun Beyern ma sabu ebda diffikultà biex jegħlbu lil Fgura Maypole hekk kif rebħulhom 5-0. Mill-istess grupp Sliema kisbu l-ewwel rebħa meta għelbu lil Duke’s A 3-2.

Minn Grupp B intlagħabet logħba waħda fejn Manchester Counquest Pub għelbu lil PO’s Bar 3-2 filwaqt li fi Grupp Ċ Ħamrun Education faċilment ġarġu rebbieħa 5-0 kontra Floriana Ajax MCP. Fil-logħba l-oħra minn dan il-grupp, Birżebbuġa Lions kisbu rebħa tajba ta’ 4-1 kontra Ħamrun Bayern B.

Żewġ logħbiet minn Grupp D fejn Fgura Kenky kisbu rebħa komda ta’ 5-0 kontra Leah’s Bar bi Floriana Ajax ukoll kisbu rebħa konvinċenti ta’ 4-1 kontra Belan Żejtun.