Lokali

Il-familja ta’ Lino Cauchi tinsisti li l-Pulizija għandha tibda investigazzjoni ġdida

Permezz ta’ stqarrija maħruġa dalgħodu, il-familja tal-accountant Lino Cauchi li kien inqatel 41 sena ilu qed tagħmel pressjoni u tinsisti mal-Kummissarju tal-Pulizija biex il-każ ikun attivament investigat.

Il-familja qalet illi qed tibqa’ “tiġġieled għall-ġustizzja u tħeġġeġ lill-Kummissarju tal-Pulizija jordna li mill-ġdid, il-Pulizija jerġgħu jarblu l-evidenza kolha sabiex il-persuni responsabbli jinġabu jirrispondu quddiem il-Qorti għal għemilhom.”

Aktar kmieni illum, il-Qorti Kostituzzjonali ordnat li l-familja ta’ Lino Cauchi tingħata kumpens ta’ €615,000 wara li ddikjarat li l-istat falla biex jissolva l-omiċidju tiegħu. Għaldaqstant intlaqgħet talba tal-familja tal-vittma li kienu fetħu martu u ibnu fejn kienu, talbu kumpens għax dejjem emmnu li l-istat m’għamilx biżżejjed biex isolvi l-omiċidju tiegħu.

L-Imħallef Francesco Depasquale qal fis-sentenza tiegħu qal li dan il-każ baqa’ wieħed miftuħ, u li l-Istat naqas lill-familja speċjalment fl-ewwel xhur wara l-għajbien ta’ Cauchi – fl-1982 – meta l-Korp kien maħkum b’akkużi serji ta’ indħil politiku mill-Gvern Laburista ta’ dak iż-żmien.