Lokali

Il-Ministri jgħidu li mhux isibu traffiku fl-ebda ħin tal-ġurnata

Il-Ministru Clint Camilleri qed jinsisti li hu mhux jiltaqa’ mat-traffiku.

Bla dubju ta’ xejn li kull min qed jisma’ din it-tweġiba qed jiġi bejn ħaltejn jekk dan il-Ministru hux jgħix f’pajjiżna jew le. Dan għaliex ta’ kuljum numru kbir ta’ persuni u sewwieqa qed jispiccaw iqattgħu ħin twil imwaħħlin fit-traffiku.

Iżda Clint Camilleri jidher li huwa l-uniku persuna li ma jsibx traffiku fit-toroq.

Mistoqsi dwar it-traffiku, il-Ministru JoEtienne bħal donnu tfixkel quddiem il-mistoqsija ta’ Net News u ma kienx jaf kif se jwieġeb.

Bis-Segretarju Parlamentari Chris Bonnett jistqarr li għandu fiduċja sħiħa fil-Ministru Aaron Farrugia.

Clayton Bartolo qalilna li l-Gvern għandu pjan dwar it-traffiku.

Però dan il-famuż pjan għadu qed jinżamm sigriet hekk kif ħadd għadu ma jaf x’soluzzjonijiet għandu l-Gvern għal dan is-settur. U sadattant, is-sewwieqa, ta’ kuljum, għadhom qed jeħlu fit-traffiku u fi sriebet twal ta’ karozzi.