Lokali Mużika

Il-preżentaturi Ryan u Josmar se jkunu parti mill-Brit Awards 2023

Ryan u Josmar se jkunu qed jieħdu sehem fl-edizzjoni tal-Brit Awards 2023.

Dan ħabbruh il-koppja stess fuq il-midja soċjali fejn spjegaw li se jkollhom parti f’dan l-akbar avveniment mużikali fir-Renju Unit li se jkun qed jiġi organizzat nhar is-Sibt 11 ta’ Frar.

Huma spjegaw li grazzi għall-istazzjon Brittaniku ITV, diversi preżentaturi minn madwar id-dinja ngħataw l-opportunità sabiex ikunu f’dan l-avveniment annwali kemm waqt ir-red carpet kif ukoll fiż-żona tan-nominati.

Fost il-kantanti li s’issa tħabbru għal dan l-avveniment hemm Harry Styles, Sam Smith, Lizzo, kif ukoll Stormzy.