Lokali

“Il-Qorti qed tesperjenza nuqqasijiet kbar” – L-Imħallef Josette Demicoli

Waqt id-diskors tal-ħatra tal-Imħallef Josette Demicoli, hi spjegat kif il-Qorti qed tesperjenza nuqqasijiet kbar li qed iħallu impatt negattiv fuq is-soċjetà Maltija.

L-Imħallef Demicoli qalet li qabel issir emenda fil-liġi jrid ikun studjat x’effetti din se tkun qed tħalli fuq is-sistema tal-ġudikatura. Dan hekk kif, fi kliemha stess, l-awli m’għandhomx biss nuqqas kbir ta’ impjegati, b’uħud lanqas biss jafu jitkelmu l-Malti sew iżda wkoll nuqqas fiżiku ta’ awli.

Dan kollu qed iwassal biex ikompli jiżdied il-volum ta’ każijiet li ma jistgħux jinstemgħu minnufih minħabba nuqqas ta’ riżorsi. B’riżultat, li l-ġudikanti ma jistgħux jaħdmu b’mod seren meta jridu jieħdu deċiżjonijiet tant importanti fil-Qrati tal-Ġustizzja.

Anke l-President tal-Kamra tal-Avukati, Louis de Gabriele ħass li għandu jikkritika n-nuqqasijiet kbar li l-avukati qed jaffaċjaw ta’ kuljum fil-Qorti Maltija minħabba volum kbir ta’ każi li pajjiżna qatt ma ra bħalhom.

Madanakollu, minkejja l-appelli ma jaqtgħu xejn, il-Prim Ministru Robert Abela fl-aħħar jiem baqa’ jfarfar minn din ir-responsabbiltà u qal li l-Qorti ma jonqosha xejn, għaliex ir-riżorsi ingħataw.

Intant, wara 12-il sena tgħaqdi dmirijietha fix-xogħol ta’ Maġistrat, Josette Demicoli issa ġiet maħtura bħala Imħallef, b’dik tal-Ħamis tkun l-ewwel seduta tagħha.