Raġel mill-Mali ta’ 30 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ fuqu fork lifter waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fi scrap yard fi Triq Ħal Luqa, Ħal Luqa għall-ħabta tas-2:30pm.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>