Lokali

Jinħatru erba’ Maġistrati ġodda

Il-President ta’ Malta ħabbar li fil-Qrati Maltin se jkunu qed iservu erba’ Maġistrati ġodda. Dawn huma Kevan Azzopardi, Gianella Camilleri Busuttil, Abigail Critien u Joseph Gatt.

Fi stqarrija, sar magħruf illi nhar l-Erbgħa 25 ta’ Jannar Frankie Mercieca, Segretarju tal-Kumitat tal-Ħatriet tal-Ġudikatura, ippreżenta lill-President Vella r-rapport dettaljat dwar il-kandidati li ġew irrakkomandati bħala idonei għall-ħatra ta’ Maġistrat tal-Qorti Inferjuri, fejn hemm evalwazzjoni dettaljata ta’ kull kandidat li fil-fehma tal-Kumitat kienu l-aktar idonei u meritevoli.

Billi skont il-Kostituzzjoni, il-Maġistrati tal-Qrati Inferjuri għandhom jiġu maħtura mill-President, li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni magħmula mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura – il-President se jaħtar lil dawk li l-aktar għandhom mertu u illi huma l-aktar idonei għall-kariga ta’ Maġistrat fil-Qrati Inferjuri.