Futbol Sport

Jirriżenja Joseph Portelli…..imma għalfejn?

(Ritratt: Joseph Galea)

Ftit tal-ħin ilu l-paġna ta’ facebook tal-programm Replay żvelat li l-imprenditur Għawdxi Joseph Portelli ta r-riżenja minn President ta’ Hamrun Spartans Football Club, u li din ir-riżenja diga’ għaddiet quddiem il-Kumitat ta’ Hamrun Spartans kif ukoll waslet għand il-Malta Football Association.

Iżda filwaqt li xi wħud, speċjalment dawk supporters ta’ Ħamrun inħasdu b’din l-aħbar, ir-raguni wara din ir-riżenja hi x-xewqa ta’ Portelli li jkun reġistrat bħala plejer, u jkun għad-dispożizzjoni tal-kowċ Branko Nisevic għall-partiti li jmiss sa tmiem il-kampjonat.

Bir-regoli tal-futbol lokali, mhux permess li Portelli jkun reġistrat bħala plejer u jiġi involut attivament fil-logħob, jekk ikun qed jokkupa kariga ta’ President tal-istess klabb.

F’April tas-sena li għaddiet, Joseph Portelli qata’ xewqtu li jilgħab għal Nadur Youngsters F.C. meta ddebutta b’gowl biex għen lill-klabb jikseb draw ta’ 1-1 fuq Kercem Ajax FC fl-istaġun tar-rebħ tal-Kampjonat Għawdxi.