Futbol Sport

L-MFA bi stqarrija dwar ir-riżenja ta’ Joseph Portelli

B’reazzjoni g]al dak irrapurtat fil-media u żvelat minn Replay aktar kmieni, cioe li Joseph Portelli kien qed jirriżenja bl-għan li jkun irreġistrat bħala plejer għall-aħħar parti tal-istaġun, il-Malta Football Association ħarġet stqarrija li kkonfermat l-aħbar u li rċeviet ir-riżenja tal-President ta’ Ħamrun Spartans.

L-istqarrija tkompli tgħid li l-assoċjazzjoni tista ma taċċettax ir-riżenja u li teżisti proċedura li l-kwistjoni tgħaddi għand bord kompetenti abbażi tar-Reputational Risk Managment Policy, dokument pubbliku u approvat mill-Bord Eżekuttiv.