Internazzjonali

L-Ukrajna: Ir-Russi jkomplu bl-attakki — bl-ewwel tankijiet ‘Leopard’ mistennija għal April

Il-qawwiet tar-Russja, fl-aħħar sigħat, kompliet bil-bumbardamenti fuq iz-zoni ċivili tal-Ukrajna u meta jidher li t-Tmexxija f’Moska trid akkost ta’ kollox twassal ‘messaġġ’ lill-Punent wara l-qbil biex numru ta’ pajjiżi jittrasferixxu t-tankijiet tal-gwerra avvanzati lill-Gvern ta’ Kiev. attakk ieħor bil-missili minn naħa tar-Russi .

Sadanittant, il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li hu fiduċjuż li dawn it-tankijiet kapaċi jagħmlu d-differenza kollha fil-kamp tal-battalja u – filwaqt li rringrazzja lill-Punent għall-appoġġ militari – ħeġġeġ biex it-tankijiet tat-tip Leopard 2 (immanifatturati fil-Ġermanja)  jaslu l-Ukrajna malajr kemm jista’ ikun,.

Zelensky appella wkoll biex il-pajjiżi tal-Punent jibgħatu anki l-ajruplani tat-tip fighter jet u missili għal fuq id-distanzi twal, bir-Russi qed ikomplu jwissu lill-Punent biex ‘ma jeskalax il-livell tal-gwerra’.

Sadanittant, xi analisti internazzjonali qed jgħidu li d-deċiżjoni tal-Punent dwar it-tankijiet diġa’ qed tidher riskjuża, u b’hekk qed jeskludu xenarju fejn jistgħu jintbagħt l-ajruplani tal-gwerra lill-Ukreni. Dan għaliex il-fighter jets jistgħu jintużaw biex jidħlu f’territorju Russu – b’riżultati imprevedibbli għal kulħadd..

Fl-istess ħin, il-Ġermanja ħabbret  li t-tankijiet tat-tip Leopard se jkunu ntbaghtu lill-Ukreni sa April.

Is-sens ta’ ritaljazzjoni minn naħa ta’ Moska deher ukoll fl-attakki tal-bieraħ fejn ir-Russi sparaw aktar minn 30 missila – bl-awtoritajiet Ukreni jappellaw lin-nies biex jibqgħu fix-xelters u jevitaw milli joħorġu fit-toroq. Għal xi ħin, kien hemm partijiet kbar minn Kiev fi blackout totali minħabba dawn l-attakki.

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden, minn naħa tiegħu, wieġeb għall-akkużi tar-Russja u qal li l-appoġġ bit-tankijiet tal-gwerra ma jfissirx theddid iżda għandha titqies bħala turija li n-NATO se tkun ta’ sostenn għal Kiev.

Fi żvilupp separat, l-UNESCO iddikjarat li l-belt Ukrena ta’ Odesa bħala belt ta’ valur storiku dinji li qed titpoġġa’ f’riskju minħabba l-attakki tar-Russi. Iżda l-Kremlin ikkritika ħafna d-dikjarazzjoni tal-UNESCO u qal li din kienet motivata minn skop politiku.