Lokali

Malta ġabet mal-34,000 barrani jaħdem fis-settur tat-turiżmu

Waqt konferenza li saret mill-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering intqal kif fl-aħħar sena biss inġiebu mal-34,000 barrani jaħdem fis-settur tal-catering f’pajjiżna.

Il-President tal-ACE, Michelle Muscat spjegat kif fil-maġġoranza dawn il-barranin ġejjin mis-Serbja jew mill-Filippini.

Intqal kif dan is-settur qed jiġi affetwat mhux ftit mill-għoli tal-ħajja tant li certu stabbilimenti qed isibuha diffiċli li jagħtu l-aqwa kwalità lill-klijenti tagħhom, kemm Maltin u anke barranin.

Dan filwaqt li, il-Ministru tat-Turiżmu stess, qal illi pajjiżna għaddej bi ġlieda sħiħa kontra l-prezzijiet. U t-turisti li qegħdin jaslu Malta huma l-iktar dawk żgħar fl-età u li qed jagħmlu inqas ġranet f’pajjiżna.

Waqt il-konferenza ntqal kif wieħed irid jara l-istampa kollha biex ikun jista’ joffri l-aqwa kwalità lit-turisti u mhux biss jara l-ammont ta’ persuni li jaslu lejn pajjiżna.