Lokali

Aaron Farrugia jibgħat lill-ħaddiema biex iwaħlulu l-‘plakka’

Ritratt: Matthew Tabone

Il-Ministru Aaron Farrugia spiċċa jibgħat lill-ħaddiema fuq il-proġett tal-promenade tal-Imsida biex iwaħlulu l-plakka.

Rirtatti li ħa Net News għall-ħabta tad-disgħa ta’ dalgħodu juru biċ-ċar li l-famuża plakka ma kinitx hemm dak il-ħin. Kien imbagħad iktar tard mal-ġurnata, wara li l-istorja kienet ippubblikata fuq Net News, li l-Ministeru qabbad lill-ħaddiema biex imorru jerġgħu jwaħħlu l-plakka.

Il-Ministru ħass li kellu jtella’ post fuq il-media soċjali sabiex jipprova jgiddeb l-istorja ta’ Net News. Li ma speċifikax il-Ministru fil-post tiegħu hu li l-plakka tweħħlet wara li kienet ippubblikata l-istorja ta’ Net News.

U flok m’għandna Ministru li suppost qed jitfa’ l-enerġija kollha tiegħu fuq kif se jsolvi l-problema tal-għargħar f’pajjiżna, għandna Ministru li qed jaħli l-ħin jikteb il-posts fuq il-media soċjali.