Sport Sport Ieħor

Ibburdjar: Kundizzjonijiet ta’ sfida għall-Kampjonati Nazzjonali

Ir-Royal Malta Yacht Club organizza l-Kampjonati Nazzjonali tal-Ibburdjar. Fil-kategorija Optimist Beginners Matteo Mamo rebaħ żewġ tiġrijiet u kklassifika fit-tieni post f’waħda mit-tlielaq biex kiseb distakk ta’erba’ punti fuq George Villette li temm fit-tieni post qabel Daniel Mizzi.

Optimist Seniors Cadets intrebħet minnTimmy Vassallo b’żewġ punti fuq Jonas Micallef filwaqt li Daniyl Mykhailichenko kiseb it-tielet post. Fl-ILCA 4 Benjamin Vassallo kellu wirja konsistenti u rebaħ fuq Jake Mallia u Domenico Procopio. Fl-ILCA 6 Matthew Flores rebaħ il-klassi wara dwell ma’ Dimitrios Vertsonis li iżda temm fir-raba’ post wara Kurt Borg, u Lara Merten.

ILCA 7 fejn ikkompetew baħrin internazzjonali li kienu f’kamp ta’ taħriġ fir-Royal Malta Yacht Club. Il-Klassi intrebħet mill-Kroat Filip Jurišic, Midalja tal-Bronż fil-Kampjonati tad-Dinja tal-ILCA 7 sena ilu b’ sitt punti vantaġġ mill-Midalja Olimpika f’Rio u Tokjo Tonci Stipanovic. Fit-tielet post kien Pavlos Kontides medalja Olimpika f’Londra. RS Feva Il-flotta double handed rat lil Luke Ransley u Michael Church itemmu fl-ewwel post qabel Michaela Vertsoni u Nicole Zeiger. Andre Fenech u Nathan Buttigieg Gili ġew fit-tielet post .

SB20s intrebħet minn Tim Chiara, immexxi minn Steve Carter, Andrea Vella, u Daniel Fenech, ħarġu rebbieħa. Greg Mifsud, Emilie Gregory, u Patrice Pace, temmew fit-tieni post qabel it-tim Careful Now, ta’ Guy Baranyay, Greg Szabo u Florin Chitic.

Il-premjijiet ingħataw fil-Yacht Club fil-preżenza tal-President tal-Kunsill Reġjonali Lvant, Anthony Chircop, u d-Deputat President u Sindku Ta’ Xbiex Max Zammit. Il-Kunsill Regjonali Lvant nħatar Reġjun Ewropew tal-Isport 2023 appoġġja dan l-avveniment.