Lokali

Il-ħaddiema jistgħu jgawdu minn aktar drittijiet grazzi għall-UE u mhux għal Robert Abela u sħabu – PN

Dak li l-Ministru Andy Ellul ftaħar bih dalgħodu seta’ jseħħ għax il-Gvern kien sfurzat bid-Direttiva tal-Unjoni Ewropea, dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol Trasparenti u Prevedibbli (UE 2019/1152, artikolu 25) u mhux bl-inizjattiva ta’ Robert Abela u sħabu.

Dan inqtal fi stqarrija maħruġa mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo.

Barra minn hekk, għax Robert Abela u sħabu ma implimentawx din id-Direttiva fil-ħin, l-Unjoni Ewropea ħarġet Infringment Notice.

Kellhom ikunu l-viżjoni ta’ Gvernijiet immexxija mill-Partit Nazzjonalista u l-għaqal tal-poplu li għażel li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea biex il-ħaddiema jistgħu jgawdu minn aktar drittijiet.