Jinkixef il-qerq tal-One. Dan hekk kif One News ipprova jgħawweġ kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech biex jagħti l-impressjoni li hu kontra l-għajnuna fuq il-kontijiet tal-enerġija.
Iżda l-ġurnalist ta’ One News inqabad għax nesa jneħħi n-noti li bagħatlu ta’ fuqu dwar kif se jgħawweġ dak li qal il-Kap tal-PN.
Huwa tal-mistħija kif anki okkażjoni sabiħa bħalma kienet l-anniversarju mit-twaqqif tal-Kamra tal-Kummerċ, tal-One ppruvaw iddawruha f’ballun politiku.
Dan kollu juri kemm il-Gvern Laburista jrid ibella’ l-gideb u jittratta lil kulħadd ta’ Ġaħan. Dan huwa l-mod qarrieqi u diżonest li jimxi bih Robert Abela.
//= $special ?>