Futbol Sport

Kampjonat tan-Nisa: Swieqi jżommu l-pass mal-leaders Birkirkara

Meta tkompla l-Kampjonat tan-Nisa Assikura, filwaqt li l-leaders Birkirkara ftit tħabtu biex għelbu lil Mtarfa bl-iskor kbir ta’ 12-0, Swieqi żammew il-pass ma Birkirkara meta għelbu 3-0 lil Mġarr. Żewġ gowls minn Jade Flask għal Swieqi kkonfermaw il-potenzjal ta’ din l-attakkant fejn sa issa skorjat 12-il gowl fil-Kampjonat. It-tielet gowl għal Swieqi skorjat minn Shona Zammit. Swieqi jinsabu fit-tieni post fil-klassifika bi 23 punt filwaqt li Mġarr fir-raba’ post bi 17-il punt.

Hibernians għelbu lil Lija Raiders 3-0 sabiex telgħu fit-tielet post fil-klassifika b’19-il punt. Protagonista għal Hibernians Alexis Espitia li skorjat it-tieni gowl u strumentali fil-gowls skorjati minn Yolande Attard u Kayleigh Chetcuti.