Sport Sport Ieħor

Para Rowing: Bidu perfett għal Kurt Farrugia u Julian Bajada fil-European Rowing Indoor Championships 2023

Kurt Farrugia u Julian Bajada kisbu riżultati impressjonanti fit-tellieqa tal-500m fil-kategorija tal-Para Rowing hekk kif iż-żewġ atleti kisru r-rekord personali tagħhom fit-tellieqa.

Kurt Farrugia kiseb il-ħin ta’ 2.05.2 fil-kategorija PR2, filwaqt li Julian Bajada kiseb il-ħin stupend ta’ 1.46.2 fil-kategorija PR3.

Apparti l-unur speċjali għaż-żewġ kompetituri, il-prestazzjoni ta’ Farrugia u Bajada hija unur ukoll għall-pajjiżna, hekk kif din hija l-ewwel darba li pajjiżna qiegħed jikkompeti fil-kompetizzjonijiet Ewropej tal-Para Rowing.