Lokali Qorti

Raġel akkużat fuq stupru fl-2016 jinżamm arrestat

Raġel inżamm arrestat wara li ġie akkużat bi stupru, seba’ snin wara li seħħet l-allegata aggressjoni. L-akkużat, chef privat imwieled fil-Kuwajt, li mhux qed jissemma fuq ordnijiet tal-Qorti, tressaq quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana. L-Ispettur Dorianne Tabone, li qalet lill-Qorti, li ħadet f’idejha l-każ biss dan l-aħħar, akkużat lir-raġel bi stupru, arrest illegali, li weġġa’ ħafif lill-mara, pussess ta’ kokaina mhux intiża għall-użu personali u forniment jew bejgħ ta’ kokaina.

Wara li l-allegat stupru seħħ fl-2016, hi qalet, ir-raġel kien diffiċli biex jiġi rintraċċat mill-awtoritajiet, mhux l-inqas peress li xogħlu kien jinvolvi li jivvjaġġa fuq jottijiet. Il-Pulizija kienet ressqet diversi talbiet u twissijiet internazzjonali dwar ir-raġel, li madankollu “qatt ma kien ġie Malta.”

L-investigazzjoni kellha l-fortuna dan l-aħħar, wara li l-Pulizija rċeviet informazzjoni li tindika li r-raġel kien ilu Malta mix-xahar li għadda. Inħareġ mandat ta’ arrest, li wassal għall-arrest tiegħu, qalet Tabone. L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi kollha miġjubin kontrih.

L-avukati difensur tiegħu, Frank Tabone, Jacob Magri u l-Prokuratur Legali Mark Sultana talbu l-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba, bil-Prosekutur Sean Gabriel Azzopardi mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jgħid lill-Qorti li l-allegata vittma kienet għadha ma xehditx f’dan il-każ u li l-akkużat jaf fejn tgħix.

Barra minn hekk, ir-raġel jippreżenta riskju li jitlaq minn Malta minħabba r-rabtiet tiegħu barra l-pajjiż u kien ta battikata lill-Pulizija biex jintraċċawh, anke billi naqas milli jmur għal diversi appuntamenti magħhom. Iżda l-avukat difensur Frank Tabone sostna li l-fatti “kienu kompletament differenti minn dawk deskritti mill-Prosekuzzjoni.”

L-allegat inċident kien seħħ f’Marzu tal-2016, huwa qal. Il-mara ressqet rapport li ġie investigat mill-iskwadra tal-Vice Squad. Inkjesta Maġisterjali kienet saret u konkluża fl-2018. “Fl-ebda punt ma ġie arrestat jew mitlub jagħti stqarrija lill-Pulizija matul dan iż-żmien,” qal l-avukat, li żied li l-allegata vittma kienet xehdet taħt ġurament waqt l-inkjesta, li fisser li dak l,i qalet kien diġà ġie ppreservat.

“Għal xi raġuni, fis-snin bejn l-2018 sal-2023, il-Pulizija qatt ma kienet arrestat lill-akkużt. Ħareġ li din l-investigazzjoni kienet tħalliet fuq l-ixkaffa sakemm l-Ispettur preżenti ħadet il-każ f’idejha,” qal l-avukat, u kkontesta l-asserzjoni li l-klijent tiegħu kien fuq il-lista ta’ persuni mfittxija.

Ġej u sejjer Malta u qatt ma twaqqaf fl-ajruport

F’dak iż-żmien, l-akkużat kien stess ippreżenta diversi rapporti dwar diversi fatti mhux relatati li saru fl-għases tal-Pulizija madwar il-gżejjer Maltin u qatt ma kien arrestat, żied Tabone. Hu wkoll parti f’kawża ta’ kustodja li għaddejja u sadattant kien instab ħati ta’ kontravvenzjoni, u għalhekk ma kienx impossibbli li jiġi traċċat,” qal l-avukat waqt li qal lill-Qorti li l-akkużat kien ivvjaġġa lejn u minn Malta diversi drabi. matul dan il-perjodu u qatt ma twaqqaf fl-ajruport.

“Il-Pulizija bagħtet għalih biss b’rabta ma’ dan il-każ jumejn ilu, għalhekk ma nistgħux nikkastigaw lill-akkużat għal dan in-nuqqas min-naħa tal-Pulizija.” L-akkużat kien jgħix fl-istess indirizz fiż-Żurrieq mill-2008, qal l-avukat. “Hu mhux qed jipprova jevadi l-ġustizzja, lanqas biss kien jaf li kien qed jiġi investigat għal stupru sa jumejn ilu.”

Qed nitkellmu dwar inċident li allegatament seħħ seba’ snin ilu, qal l-avukat, u staqsa x’tip ta’ evidenza jista’ possibbilment ibagħbas il-klijent tiegħu. Fir-rigward tal-akkużi relatati mad-droga, Tabone sostna li l-unika raġuni li saru kienet “għax, fix-xhieda tagħha quddiem il-Maġistrat inkwerenti, l-allegata vittma kienet sostniet li kien taha l-kokaina.”

L-ebda droga ma kienet instabet fil-pussess tal-akkużat, saħaq l-avukat. L-akkużat kellu rabtiet qawwija ma’ Malta u l-unika kundanna preċedenti tiegħu kienet li żamm aċċess f’każ ta’ kustodja tat-tfal. L-Avukat Jacob Magri enfasizza l-fatt li l-inkjesta ġiet konkluża u li kull evidenza li setgħet kienet preżenti kienet diġà ġiet ippreservata hemmhekk.

“Dak kollu li jimmilita kontra l-ħelsien tiegħu diġà jingħeleb,” sostna l-avukat. L-akkużat għażel li jwieġeb il-mistoqsijiet kollha tal-Pulizija waqt l-interrogazzjoni tiegħu, żied jgħid. Il-Prokuratur Legali Mark Sultana: żied jgħid li l-akkużat, kellu permess ta’ residenza li kien validu sa Diċembru 2023.

“Dan il-permess, biex ikun approvat, kellu jgħaddi minn idejn il-Pulizija. Biex Identity Malta toħroġ permess, kellha tagħmel kontrolli ta’ ‘due diligence’, inkluż mal-Pulizija. Mela jekk il-Prosekuzzjoni qed tallega li tahom battikata biex jintraċċaw, kif għamel dan?”

L-Ispettur tal-Pulizija wieġbet li r-raġel qatt ma kien instab fl-indirizz reġistrat tiegħu. Wara dan, kienu nħarġu twissijiet internazzjonali. “Jekk ma ġewx irreġistrati hits fis-sistema, il-persuna responsabbli trid twieġeb għal dan in-nuqqas. Iżda l-allerti huma kollha hemm. Kollox jinsab f’postu.”

Madankollu, il-Prosekutur Sean Gabriel Azzopardi, li jirrappreżenta lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, informa lill-Qorti li l-allegata vittma ma kinitx xehdet waqt l-inkjesta u li ma nħatru l-ebda esperti. “Dak li setgħet għamlet hu li tat xi dettalji lit-tabib li eżaminha, Dr Mario Scerri.”

“Allura hi ma xehditx waqt l-inkjesta?” staqsiet il-qorti. “Le,” wieġeb il-Prosekutur. Anke jekk huwahekk, insista l-Avukat Magri, il-mara żgur li tat stqarrija lill-pulizija. “Jekk tiddeċiedi li tibdel xi aspett mix-xhieda tagħha, l-akkużat m’għandux jiġi penalizzat għal dan.”

Il-Maġistrat Leonard Caruana, wara li sema’ s-sottomissjonijiet tal-partijiet favur u kontra l-pleġġ, iddeċieda li kien hemm riskju reali ta’ tbagħbis tal-provi, b’mod partikolari l-allegata vittma li għad trid tixhed. Barra minn hekk kien hemm riskju li l-akkużat jaħrab.

Ir-raġel fl-iżbarra poġġa wiċċu fil-pala ta’ jdejh fejn donnu lanqas kien qed jemmen x’kien qed jiġri u infaqa’ jibki, hekk kif il-Qorti ċaħdet it-talba tiegħu għall-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni għal projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni kemm tal-ismijiet tal-akkużati kif ukoll tal-allegata vittma, minħabba n-natura tal-akkużi.

Il-Qorti laqgħet ukoll talba għall-ħruġ ta’ ordni ta’ protezzjoni favur il-mara. L-Avukat Stephanie Caruana dehret f’isem il-vittma, bħala parte civile.

Kien anke ippreżenta rapporti fl-għases tal-Pulizija