Futbol Sport

Serie A: Gowl f’kull taqsima jagħtu r-rebħa lil Bologna

(Ritratt: EPA)

Bologna v Spezia 2-0

Bologna komplew bil-forma tajba tagħhom b’rebħa kontra Spezia fil-Renato Dall’Ara, b’gowl f’kull taqsima jiddeterminaw il-logħba.

Bologna fetħu l-iskor wara 37 minuta logħob permezz ta’ konklużjoni preċiża ta’ Stefan Posch, minn kross tad-difensur laterali Cambiasso.

La Grassa rduppjaw l-iskor fis-77 minuta meta Riccardo Orsolini xeħet ġewwa b’azzjoni individwali minn pass ta’ Dominguez.

Lecce v Salernitana 1-2

Salernitana għelbu lil Lecce barra  minn darhom hekk kif ikomplu jitbiegħdu miż-żona tar-relegazzjoni.

Salernitana sabu x-xibka kmieni meta fil-ħames minuta Boulaye Dia kapitalizza minn żball tad-difiża ta’ Lecce fil-kaxxa u ma damx jaħsibha biex xeħet ġewwa u għeleb għal kollox lil Falcone.

Il-midfielder Olandiż Tonny Vilhena rdoppja l-iskor għal Salernitana fl-20 minuta meta kien fil-post it-tajjeb biex tefa’ ġewwa mix-xutt ta’ Piatek li kien devjat minn Umtiti.

Lecce ġabu gowl lura ftit minuti wara meta l-attakkant Brażiljan Gabriel Strefezza xeħet ġewwa minn kross fil-baxx ta’ Pezzella iżda dan ma kienx biżżejjed b’Salernitana jieħdu tliet punti.