Botta u risposta bejn esponenti fi ħdan il-Partit Laburista stess.
Fi tweet li għamel aktar kmieni llum, l-MEP Laburista Cyrus Engerer qal li l-każ tat-tfajla Torka Pelin Kaya m’għandux jispiċċa fi kwistjoni ta’ sensazzjonaliżmu u dikjarazzjonijet populisti – kumment li ġab miegħu numru ta’ reazzjonijiet fosthom mis-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manche.
Is-Sindku Laburista ħareġ jattakka dak li qal Cyrus Engerer u kiteb li meta għandek traġedja bħal dik ta’ Pelin Kaya li farrket familja ħabba l-qżież ta’ persuna, qatt ma ma tista’ tgħid lil xi ħadd li qed ikun popolist dwar dan il-każ.
Il-qtil ta’ Pelin Kaya kien każ li xxokkja nazzjon sħiħ, biż-żagħżugħ Jeremie Camilleri qed ikun akkużat bl-omiċidju tat-tfajla Torka li nqatlet il-ġimgħa li għaddiet.
//= $special ?>