Sport Sport Ieħor

Tennis: Magħrufa l-finalisti tal-Open tal-Awstralja

(Ritratt: EPA)

Aryna Sabalenka tal-Belarus u Elena Rybakina tal-Kazakistan se jikkontestaw il-finali tan-nisa tal-Open tal-Awstralja wara li t-tnejn rebħu f’sets netti fl-aħħar semifinali f’Melbourne.

Fir-Rod Laver Arena, iċ-champion ta’ Wimbledon, Elena Rybakina għelbet lir-rebbieħa darbtejn tal-Open tal-Awstralja Victoria Azarenka tal-Belarus f’żewġ sets 7-6, 6-3.

Aryna Sabalenka tal-Belarus ta’ 24 sena, eliminat lil Magda Linette tal-Polonja wkoll f’żewġ sets 7-6 , 6-2.

Il-finali tal-Irġiel se tkun bejn Stefanos Tsitsipas tal-Greċja u Novak Djokovic li eliminaw lil Khachanov u lil Tommy Paul rispettivament.

Fl-ewwel semi finali, Stefanos Tsitsipas tal-Greċja elimina lil Karen Khachanov fejn wara li rebaħ l-ewwel żewġ sets 7-6, 6-4 tilef it-tielet 6-7 iżda iddomina għal kollox dak deciżiv li rebaħ 6-3.

Fit-tieni semi finali Novak Djokovic ftit tħabat sabiex għeleb u elimina lil Tommy Paul tal-Istati Uniti fi tlett sets fejn wara li rebaħ l-ewwel set 7-5 iddomina it-tnejn ta’ wara 6-1 u 6-2.

Is-Sibt tintlagħab il-finali tan-Nisa filwaqt li dik tal-Irġiel tintlagħab il-Ħadd, fir-Rod Laver Arena.