Lokali

Tispiċċa titneħħa l-plakka; bosta urtati bil-proġett falliment fl-Imsida

Għereq mal-ewwel ftit xita. Proġett li wara ftit sigħat kien diġà falla. 

Hekk qed ikun deskritt il-proġett fl-Imsida li ġie inawgurat nofs leħja, minħabba li x-xogħol fix-xatt għadu għaddej.

Is-sitwazzjoni fl-Imsida urtat lil bosta nies, fejn fuq Facebook sostnew li l-flus il-poplu Malti qed jitberbqu fuq affarjiet bħal dawn bi proġetti li mhux iwasslu….

Oħrajn qalu li kif jista’ jkun ġie inawgurat proġett meta għad fadal ix-xogħol għaddej, b’wieħed iwieġeb li jonqos minn tal-anqas tliet inawgurazzjonijiet oħra biex il-proġett vera jkun lest….

Oħrajn kitbu kummenti oħra fejn saqsew kif wasalna f’dan l-istat u għalxiex inqalgħu dawk is-siġar kollha biex sar dan il-proġett… dan filwaqt li oħrajn talbu rendikont għall-ispejjeż u l-infieq mill-flus il-poplu Malti…