Futbol Sport

Alpine Skiing: Rebħa oħra għal Shiffrin

(Ritratt: EPA)

Mikaela Shiffrin kisbet rebħa fis-slalom li sar fi Spindleruv Mlyn fir-Repubblika Ċeka biex issa tinsab rebħa biss ‘il bogħod mir-rekord assolut ta’ 86 rebħa miksub mill-Iżvediż Ingemar Stenmark li kien id-dominatur fis-snin tmenin.

Il-ġimgħa l-oħra kienet laħqet ir-rekord ta’ Lindsay Vonn bi 82 rebħa iżda żewġ rebħiet fl-Italja u r-rebħa tal-bieraħ poġġewha issa pass ‘il bogħod milli tilħaq ir-rekord ta’ Stenmark, li ilu jirreżisti 34 sena.

Fit-tieni post wara Shiffrin spiċċat il-Ġermaniża Lena Durr, b’distakk ta’ 0.6 ta’ sekonda u l-Iżvizzera Wendy Holdener spiċċat it -tielet.