Futbol Sport

BOV Challenge League: Melita jegħlbu lil Żurrieq bi tliet gowls fit-tieni taqsima

(Ritratt: Andre Farrugia)

ŻURRIEQ……….0

MELITA………….3

Il-Ġimgħa ntlagħabet logħba waħda mit-Top Six taċ-Challenge League fejn Melita għelbu lil Żurrieq 3-0. Din il-logħba ma tantx kellha relevanza fil-klassifika, bl-objettiv taż-żewġ timijiet, dak li jsalvaw posthom fid-diviżjoni issa milħuq.

L-ewwel taqsima kienet kemmxejn ibbilanċjata biż-żewġ timijiet jikkontrollaw il-logħob iżda Żurrieq ħadu daqqa ta’ ħarta hekk kif fil-35 minuta tkeċċa għalihom id-difensur Jeremy Busuttil wara li kien muri żewġ karti sofor. Sa tmiem l-ewwel 45 minuta l-iskor baqa’ dak ta’ draw ta’ mingħajr gowls.

Fit-tieni taqsima Melita dehru li ħarġu aktar aggressivi u fis-57 minuta fetħu l-iskor permezz ta’ Karl Mohnani.

Żurrieq provaw iwettqu reazzjoni iżda ma rnexxielhomx jiksbu d-draw biex fil-81 minuta Melita Saviour Debono Grech għamluhom tnejn permezz ta’ gowl mill-eks plejer ta’ Mosta Anderson De Barros.

Meilta ma kienux kuntenti b’żewġ gowls vantaġġ u fl-84 minuta ssiġillaw ir-rebħa bit-tielet u l-aħħar gowl skorjat minn Julian Abela.

Referee: Emanuel Grech

Azzjoni mill-partita bejn Żurrieq u Melita (Ritratt: Andre Farrugia)