Sport Sport Ieħor

Darts: It-timijiet Ħamruniżi japprofittaw miż-żelqa ta’ Floriana Ajax A

Telfa għal Floriana Ajax A kontra Fgura Kenky, tpoġġi liż-żewġ Ħamruniżi, Ħamrun Bayern A u Ħamrun Education fl-ewwel post b’punti ndaqs wara li dawn it-tnejn kisbu rebħiet.

Ħamrun Bayern A għelbu lil Manchester Conquest Pub 6-2 filwaqt li Ħamrun Education iddominaw il-konfront kontra Ħamrun Bayern B 8-0.

Sorpriża minn Fgura Kenky li għelbu lil Floriana Ajax 6-2 filwaqt li Sliema Inter Darts Club għelbu lil Top Gun Bar 7-1.

Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, Birżebbuġa Lions għadhom fl-ewwel post u hu l-uniku tim bla telfa hekk kif għelbu lil Beland Żejtun 6-2. L-istess skor kisbu PO’s Bar li għelbu lil Cox Bar filwaqt li Floriana Ajax B għelbu lil Fgura Maypole 5-3.

Fil-kampjonat tat-tielet diviżjoni, Birgu Boċċi Club baqgħu għaddejjin bit-triq tar-rebħ hekk kif għelbu lil Żebbuġ Rangers 6-2. Skor identiku ġie reġistrat Żejtun Domus u Duke’s A li għelbu lil Duke’s B u Leah’s Bar rispettivament.