Matul l-aħħar sena, total ta’ 30,450 ġew bżonn is-servizzi tas-Soup Kitchen hekk kif ma kellhomx biżżejjed flus għall-iktar ħaġa bażika – platt ikel sħun għal nofsinhar. Fost dawn, 220 kienu tfal taħt it-18-il sena.
Fil-maġġoranza ta’ dawk li talbu l-għajnuna, jiġifieri 86%, kienu Maltin, filwaqt li l-kumplament kienu barranin. Dan filwaqt li fil-maġġoranza tagħhom, 62%, huma rġiel.
Matul it-12-il xahar, is-Soup Kitchen ippreparat 91,350 ikla għal nofsinhar, b’27,000 oħra jingħataw bħala packed lunches għall-ikla ta’ filgħaxija. Dan l-ikel kollu, total ta’ 118,350, ġie jiswa’ €710,100.
Fil-maġġoranza li talbu l-għajnuna huma persuni li jgħixu l-Belt Valletta, il-Marsa, il-Ħamrun u Bormla. Grazzi għall-għajnuna tal-voluntiera, 35 persuna sabu impjieg biex ikunu jistgħu imantnu lilhom infushom.
Is-Soup Kitchen kienet fetħet il-bibien tagħha f’Awwissu tal-2021 biex tgħin lil dawk il-persuni f’pajjiżna li ma jaffordjawx li ta’ kuljum jixtru platt ikel.
Is-Soup Kitchen, li tinsab fil-Belt Valletta, topera bid-donazzjonijiet tan-nies. B’hekk, kull min jista’ jgħin, kemm xogħol volontarju u b’mod speċjali finanzjarjament, jista’ jagħmel dan billi jikkuntatjahom fuq il-paġna ta’ Facebook.
//= $special ?>