Futbol Sport

Leeds United jakkwistaw lil Weston McKennie mingħand Juventus

(Ritratt: EPA)

Leeds United laħqu ftehim ma’ Juventus għat-trasferiment b’self tal-midfielder Weston McKennie, bit-tim Ingliż se jkun qed iħallas €1.2 miljuni għal self sa tmiem l-istaġun.

Il-ftehim għandu wkoll l-għażla li Leeds United jixtru lil McKennie għas-somma ta’ €33 miljun.

Jidher li l-midfielder ta’ 24 sena laħaq ftehim personali mal-Peacocks u mistenni jivjaġġa lejn l-Ingilterra fis-siegħat li ġejjin biex jagħmel it-testijiet mediċi u jiffirma l-kuntratt.