Domanda li faċilment kellu jwieġeb, iżda minflok għażel li jagħti daqtejn ta’ bieba ta’ karozza lill-ġurnalist
Dan huwa dak li seħħ din il-ġimgħa meta l-Ministru Aaron Farrugia stieden lill-ġurnalisti għal konferenza tal-aħbarijiet sabiex jinawgura bankina fix-xatt tal-Imsida – bankina illi sakemm tlestiet laħqu ġew u telqu l-mewġ tal-pandemija, saret elezzjoni ġenerali, bdiet gwerra u miet Papa.
Proġett li skont il-Ministru Aaron Farrugia tlesta minkejja li l-perikli tħallew hemm, fosthom kamra miftuħa għal kollox b’ħofor mikxufin fl-art illi huma periklu għat-tfal li jkunu mixjin tul il-promenade; proġett li r-residenti tal-lokal kienu ilhom snin jistennew biex jitlesta.
Wara li l-Ħamis filgħodu l-Ministru tat-Trasport u t-Traffiku Aaron Farrugia ħarab mill-mikrofonu tan-Net u l-bqija tal-ġurnalisti l-oħra preżenti – inkluż il-cameras mqabbda mill-Ministeru tiegħu stess – il-Ġimgħa filgħaxija ħass il-ħtieġa li jwieġeb minn fuq il-profil ta’ Facebook.
Huwa qal li biex insibu l-bins kellna nimxu sat-tarf tal-proġett – fatt li huwa minnu hekk kif b’kollox hemm 3 bins biss – stqarrija li faċilment seta’ tajielna dak il-ħin, minflok jagħti daqtejn ta’ bieba ta’ karozza lill-ġurnalist preżenti u jaħrab ‘l hemm.
Intant, skont il-Ministru….il-plakka ta’ inawgurazzjoni ġiet imwaħħla wkoll.
Jidher li dik li kixef f’nofs il-bankina ma kinetx l-ideali u għaldaqstant… wara li taritilhom bir-riħ u kellhom jagħmlula żewġ piżijiet biex ma ttirilhomx waqt il-konferenza stampa…spicca jaqla’ l-ħaddiema tal-Gvern sabiex iwaħħlulu l-plakka post ieħor. Dan kollu, wara li inkixef mis-sit NetNews.com.mt.

Iżda ma waqafx hawnhekk. Il-Ministru Aaron Farrugia ħassu urtat bil-fatt li bosta persuni fuq il-midja soċjali, inkluż diversi kmamar tal-aħbarijiet lokali rrapportaw li fl-istess zona ta’ fejn ġie inawgurat il-proġett..sa filgħaxija kien mgħarraq.
Huwa farfara fuq il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u insista li t-triq għerqet għax għaddej proġett separat…li għandu għaddej 3 xhur oħra – fejn ta x’jifhem li din la kienet l-ewwel u lanqas l-aħħar darba li dik it-triq se tegħreq f’dawn ix-xhur u ġimgħat li ġejjin.
Fi stqarrija separata kelliem għall-Ministeru ta’ Farrugia spjega li mhux veru li t-triq għerqet….iżda kienet biss parti minnha li spiċċat taħt l-ilma – daqslikieku huwa fatt skużabli.
