Futbol Sport

Mosta jiksbu rebħa importanti kontra Pietà

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Rowen Camilleri

MOSTA………4

PIETÀ………..0

Mosta: I. Akpan, R. Briffa (W. Legault 89’), C. Ememe (M. Chidera 84’), C. Failla, K. Yamazaki (P. Tinebe 59’), B. Diarra, J. Akrong, J. Vassallo, Z. Brincat (D. Bonnici 84’), R. Ekani, F. Dore (N. Agius 89’)

Pietà H: R. Cini, C. Bangura, O. Temitope, D. Zerafa, J. Ghio (T. Yamaguchi 61’), T. Agius (A. S. Wismayer 79’), A. Hovhannisyan, K. Leonardi (S. Okoh 79’), G. Ogungbe, D. Rodrigues, Z. Leonardi

Imwissija: K. Leonardi 38’,  T. Agius 54’, D. Zerafa 69,  C. Bangura 75’ (P)

Skorjaw: C. Failla pen 54’, M. Chidera 85’, 90’, W. Legault 90+5’ (M)

Referee: Ezekiel Barbara

Assistenti Referees: Duncan Spencer u Mark Ciantar

BOV Plejer tal-Logħba: Clayton Failla (Mosta)

Mosta skorjaw erba’ gowls fit-tieni taqsima biex għelbu lil Pietà Hotspurs 4-0 B’din ir-rebħa l-Mostin issa jinsabu biss punt taħt it-tim tar-raba’ post Hibernians wara li dawn tal-aħħar tilfu kontra Gżira. Min naħa l-oħra jkompli jiżdied l-inkwiet għal Pietà hekk kif issa jinsabu ħames punti ‘l bogħod mill-post tal-play-off wara li Żebbuġ rebħu kontra Gudja.

L-ewwel taqsima kienet ferm bilanċjata biż-żewġ naħat ftit joffru spazju lil xulxin. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Akpan salva għal Mosta fuq xutt ta’ Miranda u fit-53 minuta Mosta fetħu l-iskor meta d-debuttant Yamazaki rebaħ penalty u mill-11-il metru Clayton Failla ma żbaljax.

Reazzjoni ta’ Pieta b’xutt ta’ Yamaguchi salvat minn Akpan u fis-70 minuta risposta Mostija iżda Cini salva x-xutt ta’ Tenebe.

Fl-84 minuta Mosta laqtu l-lasta minn azzjoni ta’ korner u minuta wara kien is-sostitut Chidera Okoh li skorja wara li rċieva mingħand Tenebe. Hawnhekk Pietà ċedew l-armi u sofrew żewġ gowls fil-ħin miżjud biex it-telfa tagħhom kienet wisq kiefra.

Iż-żewġ gowls ta’ Mosta kienu skorjati minn Chidera Okoh, li b’hekk għamel doppjetta u minn William Legault li wkoll daħal bħala sostitut.