Lokali Qorti

Jinżamm arrestat ir-raġel li allegatament instab f’pusses aggravat tad-droga

Jason Zammit ta’ 47 sena residenti l-Pietà nżamm arrestat wara li tressaq quddiem il-Maġistrat Noel Bartolo akkużat b’pussess aggravat tad-droga kokaina u eroina.

Fil-Qorti ntqal kif ir-raġel, allegatament kien jipprepara d-droga f’residenza fil-Pietà. Minn tfittxija li saret fil-post instabu diversi affarijiet relatati mal-allegat ipproċessar tad-droga u madwar €30,000 fi flus kontanti.

Fl-istess residenza nstabu ukoll madwar 100g droga allegatament kokaina, madwar 60g droga allegatament eroina u 500ml methadone.

Ir-raġel ma nħelisx mill-arrest għall-fatt li għad hemm xhud li jrid jagħti l-verżjoni tiegħu dwar dan il-każ.