Futbol Sport

Serie A: Inter jirritornaw għar-rebħ

Inter irritornaw għar-rebħ meta għelbu lit-tim ta’ qiegħ il-klassifika Cremonese.
Wara s-suċċess kontra Milan fil-final tas-Super Cup, Inter kienu ħadu daqqa ta’ ħarta meta tilfu f’darhom kontra Empoli. In-Nerazzurri rebħu grazzi għal doppjetta tal-Arġentin Lautaro Martinez wara li kienu gowl minn taħt.

Kienu Cremonese li fetħu l-iskor wara 11-il minuta permezz ta’ Okereke, iżda r-risposta ta’ Inter kienet immedjata u Lautaro Martinez kiseb id-draw għaxar minuti wara. Il-gowl tar-rebħa ta’ Inter wasal fil-65 minuta meta l-Arġentin sfrutta pass ta’ Dzeko biex g]aqqad doppjetta personali.

Empoli 2-2 Torino

Intant emozzjonijiet bejn Empoli u Torino fejn Empoli kellhom vantaġġ doppju sal-aħħar minuti tal-logħba iżda l-Granata b’rimonta fl-aħħar irnexxielhom isalvaw punt.
Lupero fetaħ l-iskor għal Empoli fl-ewwel taqsima u Marin irdoppja fid-69 minuta biex il-logħba dehret magħluqa. Iżda fit-82 minuta Ricci naqqas l-iskor għal Torino u tliet minuti wara Torino kisbu wkoll il-gowl tad-draw permezz ta’ Sanabria.
Il-Ħadd ikompli l-kampjonat fejn il-leaders Napoli jospitaw lil Roma fl-iktar logħba mistennija.

Riżultati
Empoli v Torino 2-2
Cremonese v Inter 1-2
Atalanta v Sampdoria 20:45

Il-Ħadd:
12:30 Milan v Sassuolo
15:00 Juventus v Monza
18:00 Lazio v Fiorentina
20:45 Napoli v Roma
Għada
20:45 Udinese v Verona