Sport Sport Ieħor

Weightlifitng: Kim Camilleri Lagana tikkwalifika għall-Kampjonati tad-Dinja

Fi tmiem il-ġimgħa ġiet organizzata l-ewwel Kompetizzjoni tal-Weightlifting tal-2023 speċifikament għall-atleti żgħażagħ. Din il-kompetizzjoni taż-żgħażagħ serviet bħala avveniment ta’ kwalifika għall-Kampjonati tad-Dinja taż-Żgħażagħ tal-IWF (YWC) li se jsiru f’Marzu li ġej fl-Albanija.

Kim Camilleri Lagana, li kienet innominata Champion Ewropea taż-Żgħażagħ U-15 fl-2022, ikkwalifikat b’suċċess għall-YWC wara li rnexxielha terfa total impressjonanti ta’ 124kilo fil-kategorija ta’ 45kg. Kim irnexxielha tagħmel it-tliet tentattivi ta’ snatch ta’ 51kilo, 53kilo u 54kilo segwiti mill-ewwel żewġ tentattivi ta’ clean and jerk, b’suċċess ieħor ta’ 68kilo u 70kilo. Sfortunatament hija ma rnexxietx fit-tielet tentattiv tagħha wara li ppruvat rekord nazzjonali ġdid fil-clean and jerk għal din il-klassi ta’ piż ta’ 71kg. Camilleri Lagana mhux biss ikkwalifikat għall-akbar avveniment taż-żgħażagħ tas-sena, iżda telgħet ukoll fir-rankings internazzjonali tal-MWA fil-kategorija platinum, livell li sa issa laħqet  biss l-atleta Tenihsia Thornton.

Riżultati oħra ta’ suċċess waslu minn Aaliyah Gatt, li spiċċat b’47kilo fis-snatch u 60kilo fil-clean and jerk fil-kategorija 55kg. L-eks student tal-NSS Rylee Borg irnexxielu jerfa’ snatch ta 99kilo, u kompla jtemm il-clean and jerks tiegħu b’120kilo fil-kategorija ta’ 73kilo. L-istudent tal-NSS Nathan Mifsud spiċċa b’45kg fil-Snatch u 58kilo fil-clean and jerk.

Din il-kompetizzjoni taż-żgħażagħ organizzata mill-Għaqda Maltija tal-Weightlifting, rat ukoll jipparteċipaw atleti mill-program -“#Onthemove”, li żiedet il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ li dejjem qed tikber tal-weightlifting f’Malta.

L-avveniment ta’ kwalifika tal-MWA Junior u Senior se jsir fit-18 ta’ Frar u se jservi bħala avveniment ta’ kwalifika għal kampjonat Ewropew tal-kbar.