Futbol Sport

Żebbuġ Rangers jerġgħu jaqbżu lil Santa Lucia b’rebħa fuq Gudja United

(Ritratt: Joseph Galea)

Rowen Camilleri

ŻEBBUĠ R…………2

GUDJA U…………..0

Żebbuġ R: J. Azzopardi, H. Motta, S. Bugeja, L. Almeida, T. Bartolo, A. Mizzi, S. Jankovic (T. Tonna 61’), C. L. Ngoy, R. Sanchez, G. Gesualdi (G. Mifsud 72’), K. Bondin (J. Macedo 61’)

Gudja U: G. Zammit, J. Bolanos (J. Mintoff 78’), A. Prates, V. Plut, S. Attard (T. Nagamatsu 46’), J. Arthur, K. Micallef, H. Vella (F. Zuniga 84’), N. Tabone (N. Micallef 64’), M. Muchardi, N. Navarrete

Skorjaw: C. L. Ngoy pen 8’, K. Bondin 61’ (Ż)

Tkeċċa: A. Prates 51’ (G)

Imwissija: T. Bartolo 5’, R. Sanchez 53’, L. Almeida 65’ (Ż), N. Tabone 6’, H. Vella 73’ (G)

Referee: Stefan Pace

Assistenti Referees: Duncan Sultana u Paul Apap

BOV Plejer tal-logħba: Charles Lokoli Ngoy (Żebbuġ Rangers)

B’gowl f’kull taqsima, Żebbuġ għelbu lil Gudja 2-0 biex reġgħu telgħu fit-12-il post b’10 punti, tnejn fuq ta’ warajhom Santa Lucia. Għal Gudja din il-logħba ftit kellha relevanza hekk kif huma jinsabu xxamplati f’nofs il-klassifika b’24 punt. Fil-51 minuta Gudja spiċċaw jilagħbu b’għaxra wara li tkeċċa Andre Prates b’katra ħamra diretta.

Fl-ewwel azzjoni denja ta’ nota, li waslet wara tmien minuti Żebbuġ marru fil-vantaġġ meta Neil Tabone waqqa lil Trevis Bartolo bir-referee Stefan pace jordna l-penalty u mill-11-il metru Charles Lokoli Ngoy tefa’ ġewwa.

Kelna nistennew għoxrin mintuta biex rajna azzjoni perikoluża meta l-cross shot ta’ Shaisen Attard għadda ftit barra.

Il-goalkeeper ta’ Żebbuġ Jamie Azzopardi kien tajjeb fl-40 minuta meta interċetta pass ta’ Muchardi lejn Navarrete li kien f’pożizzjoni tajba biex ikompli għal ġewwa, b’din tkun l-aħħar azzjoni tal-ewel taqsima.

L-affarijiet ma setgħaux bdew għar għal Gudja fit-tieni taqsima meta wara biss sitt minuti spiċċaw b’għaxra minn nies wara li Andre Prates wettaq foul ikrah fuq Lokoli Ngoy, bir-referee Stefan Pace juri karta ħamra diretta lid-difensur ta’ Gudja.

Żebbuġ irdoppjaw fil-61 minuta minn azzjoni mibdija mill-plejer tal-logħba Charles Lokoli Ngoy li qassam lejn Kurt Bondin li minn quddiem Zammit ma’ żbaljax.

L-aħħar azzjoni tal-partita waslet minn Gudja fl-84 minutabix-xutt ta’ Nagamatsu jkun imdawwar bi bravura f’korner minn Azzopardi. L-iskor baqa’ ma nbidilx sat-tisfira finali u Żebbuġ kisbu tliet punti importanti mmens fil-ġlieda għas-salvezza.