Sport Sport Ieħor

Blackball: Ħamrun 147 B u Valletta Breakwater jingħaqdu ma’ Cospicua Rangers fil-quċċata

Tim B Ħamrun 147 u Valletta Breakwater telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball flimkien ma’ Cospicua Rangers wara li rebħu l-logħbiet rispettivi tagħhom.

Tim B Ħamrun 147 għelbu lil Tim A Jojo’s Birżebbuġa 11-8 f’partita bbilanċjata filwaqt li Valletta Breakwater ftit sabu diffikultà sabiex għelbu 11-4 lil Tim A Każin Pinto.

Fil-Kampjonat Reġjonali, Birkirkara Youngsters u Tim A Mosta St Mary’s għadhom fl-ewwel post tal-klassifika b’24 punt kull wieħed. Birkirkara Youngsters rebħu lil Tim B Każin Pinto 11-4 filwaqt li Mosta St Mary’s għelbu lil San Ġwann White Hart tant li rebħu 11-3.

Fil-Community League, fl-ewwel post hemm Valletta Fossa Boys u Tim B Juve Birkirkara B fejn il-konfront bejniethom intemm fi draw ta’ 10-10 .