Futbol Sport

Djokovic jirbaħ l-Open tal-Awstralja biex b’hekk laħaq lil Nadal

(Ritratt: EPA)

It-tennista Serb Novak Djokovic rebaħ l-Open tal-Awstralja meta fil-finali għeleb lil Stefanos Tsitsipas 6-3 7-6 7-6 biex b’hekk laħaq lil Rafael Nadal meta rebaħ t-22 titlu Grand Slam fil-karriera tiegħu.

B’din ir-rebħa Djokovic se jkun qed jirritorna fl-ewwel post fir-rankings tad-dinja. Fil-kummenti ta’ wara l-partita, Djokovic qal li kienet triq twila iżda għalih dan l-unur hu wieħed speċjali. Minekjja l-isfida denja li offra Tsitsipas, Djokovic xorta waħda rnexxielu juri l-kapaċitajiet tiegħu fil-partita fejn ftit li xejn kien f’riskju li jitlef dan il-konfront.