Futbol Sport

Doppjetta ta’ Elvis Mashike twitti t-triq għal rebħa ta’ Ħamrun

(Ritratt: Joseph Galea)

Ħamrun S…………..3

Sirens…………………..0

Ħamrun S.: H. Bonello, E. Domingos (J. Soares 75′), S. Borg (R. Torre 41′), M. Guillaumier, E. Mashike (L. Montebello 87′), R. Prsa, O. Bjelicic, J. Corbolan (M. Mifsud 87′), J. Torres (J. Mbong 77′), E. Marcelina, R. Camenzuli

Sirens: A. Cassar, M. Muniz, R. Tachikawa, A. Borg, J. Walker, A. Vaikainah (K. Sano 60′), A. Cini (A. Vella 86′), P. De Vale, I. Kolev (S. Sessegnon 60′) (M. Maggi 87′), G. Ventura, D. Jackson (S. Arab 77′)

Referee: F. Zammit

Assistenti Referees: J. Muscat, S. Calleja

Doppjetta ta’ Elvis Mashike wittiet t-triq għal rebħa ta’ 3-0 li Ħamrun Spartans kisbu fuq Sirens biex b’hekk għamlu pass ieħor eqreb lejn ir-rebħ tal-Kampjonat.

Bidu mill-aqwa għal Ħamrun meta wara żewġ minuti marru fil-vantaġġ permezz ta’ Elvis Mashike. L-istess player irdoppja fis-26 minuta biex skorja t-tieni gowl personali.

Fit-tieni taqsima, Ħamrun baqgħu fil-kontroll tal-partita u għalqu r-riżultat fit-82 minuta permezz ta’ Roko Prsa għal skor ta’ 3-0.