BALZAN……………..0
MARSAXLOKK…..0
Balzan: R. Briffa, I. Bozovic, S. Arab, M. Grima, B. Mladenovic (B. Kaljevic 65′), P. Fenech, A. Satariano (B. Hili 86′), N. Braunovic, M. Raso, M. Nogureira, A. Andrejic (A. Torres 54′).
Marsaxlokk: M. Drobnjak, A. Attard (T. Vella 71′), K. Keqi, P. Xuereb, S. Ferraris, J. Cruz Aguilar (E. Vella 46′), O. Carniello, L. Aguirre, R. Scicluna, D. Agius (V. Sanago 51′), T. Fonseca.
Referee D. Portelli
Assistenti Referees: E. Spiteri, K. Saliba
Fl-ewwel partita li ntlagħbet il-Ħadd filgħodu, Balzan u Marsaxlokk kisbu punt kull wieħed fi draw ta’ mingħajr gowls. Dan ir-riżultat inaqqas it-tamiet ta’ Balzan li jiksbu post fl-Ewropa fl-istaġun li ġej filwaqt li għal Marsaxlokk jista’ jitqies bħala punt pożittiv hekk kif ikompli jserrħu moħħhom li staġun ieħor se jkun qed jilgħabu fil-Kampjonat Premier.
L-ewwel taqsima tkun xi ftit kwieta mill-azzjonijiet perikolużi għajr għal azzjoni ta’ Alexander Satariano wara 13-il minuta, bil-konklużjoni tiegħu tkun salvata minn Marko Drobnjak u azzjoni oħra minn Marsaxlokk qabel tmiem l-ewwel taqsima meta wara nuqqas ta’ attenzjoni fid-difiża ta’ Balzan, kien Kristian Keqi li approfitta iżda waħdu ma’ Briffa xeħet barra.
Fit-tieni taqsima l-andament tal-partita baqa’ ma nbidilix bi ftit azzjonijiet perikolużi bir-riżultat finali jintemm 0-0.
//= $special ?>